210. L-imgħallaq bla ħtija u rakkonti storiċi oħra
Ġabra ta’ 14-il rakkont storiku li kiteb Ġużè Gatt F’Ġużè Gatt nisimgħu l-leħen tan-nies ‘żgħar ordinarji’ li l-istoriċi moħħhom fin-nies il-‘kbar u straordinarji’ ma semgħuhomx. Flok il-figuri kbar tal-istorja nsibu l-ħaddiema, in-nies maħqura u dawk li s-soltu jitħallew barra mill-kotba tal-istorja tradizzjonali. Din hi l-istorja miktuba minn dawk l-istoriċi li jiddikjaraw fil-miftuħ li huma jżommu ma’ dawk ta’ taħt kontra dawk ta’ fuq li jaħkmuhom u jaħqruhom. Hija l-istorja minn għajnejn il-vittmi. Ikabbar l-imħabba għal Malta. Ġużè Gatt twieled fl-1886 u miet fl-1976. Ħadem biex jirrakkonta l-istorja tal-poplu tagħna fl-isforzi tiegħu biex isir nazzjon li jmexxi lilu nnifsu.
Variants (1)
- Default Title — 15.00 EUR — In stock
How AI sees this product
The more complete this product's details, the more confidently AI assistants can understand and recommend it.