Maximus
Maximus l-Maximus, jew aħjar Stefan, huwa raġel ta’ mezza eta’, impjegat fil-Dipartiment tal-Agrikoltura u miżżewweġ lil Veronika. Huma kellhom żewġ itfal kbar: Marika u Alex . Veronika kienet tgħir ħafna għal żewġha…. u forsi bir-raġun! Tant hu hekk, li Veronika tiġi f’punt li tħoss li trid tpattihielu. Uliedhom ukoll jiffaċċjaw esperjenzi kemm sbieħ kif ukoll koroh, tipiċi tas-soċjetà attwali. L-intriċċi ta’ din il-familja jagħtu lok għal sitwazzjonijiet kultant umoristiċi, oħrajn ta’ dulur. Is-sorpriżi ma jonqsux. U min kienet il-mara liebsa l-aħmar? Rumanz imżewwaq b’ingredjenti varji u bi tmiem mhux mistenni. Minn: Alfred Massa, Lana Ellul Pirotta Format: paperback Paġni: 320
Variants (1)
- Default Title — 7.00 EUR — In stock
How AI sees this product
The more complete this product's details, the more confidently AI assistants can understand and recommend it.